06/08/2024
Paripassu mal-leġiżlazzjoni tal-liġi, llum inħarġet stqarrija mis-Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-drittijiet ta' l-annimali dwar l-liġi li tirregola t-tmigħ tal-qtates (cat feeders).
Ser nikwota;
"Il-Liġi qiegħda hemm biex tirrikonoxxi l-ħidma li ssir fis-settur u tassisti fejn meħtieġ. Mhijiex qiegħda biex tikkastiga lil min jagħmel it-tajjeb, iżda lil min jabbuża. Jekk wieħed jara annimal fit-triq u jagħtih l-ikel u x-xorb mhuwiex se jiġi mmultat, ġaladarba jnaddaf warajh. Min jarmi l-ikel u l-ilma barra, li f’diversi każijiet ikunu fdalijiet tal-ikel tad-dar, u jħallih hemm bl-iskuża għat-tmigħ tal-qtates, dak iva ser jiġi mfittex u mmultat. Dawn huma każijiet, u bl-ebda mod ma jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-volontiera, li sfortunatament ixejnu l-ħidma tal-istess cat feeders.
• Bil-Liġi rridu mhux biss inħarsu d-drittijiet tal-annimali, iżda wkoll tar-residenti li joqogħdu fil-madwar, sabiex nippreservaw l-iġjene minn insetti, hornets, ġrieden eċċ, li jirrilokaw f’postijiet fejn jitħalla l-ikel barra. Dawn jipperikolaw is-saħħa u s-sigurtà tan-nies u tal-istess qtates.
• Ir-reġistru qiegħed hemm sabiex inkunu nafu min huma n-nies responsabbli miż-żoni u l-kolonji tal-qtates, innaqqsu l-abbużi, u ngħinuhom biex ikomplu jwettqu x-xogħol li qed jagħmlu mal-annimali b’diversi skemi u inizjattivi (fosthom il-cat feeders’ scheme, neutering campaign, etc). Il-Gvern mhux talli ma jridx iwaqqaf it-tmigħ tal-qtates, talli alloka €350,000 fi skema ta’ vouchers għall-ikel biex jgħinhom. Il-cat feeders għandhom ikunu rreġistrati bil-kolonji tagħhom ħalli nkunu żguri li l-iskemi u l-inizjattivi jaslu għand min ġenwinament jagħmel dan ix-xogħol filantropiku. Kull min jixtieq jirreġistra bħala cat feeder, jista’ jagħmel dan mal-kunsill lokali tal-lokalità tiegħu. Ir-reġistru huwa miftuħ u m’hemmx terminu ta’ skadenza sa meta wieħed jista’ jirreġistra".
Alicia Bugeja Said
Animal Welfare Malta
RUBS PUPPY LOVE