🐾 Illum fuq Nitfa Vuċi għall-Annimali 🐱💚 Joanna Mallia, attivista għall-annimali, qed titkellem dwar Kitten Season – iż-żmien meta jitwieldu ħafna kittens żgħar!
X’għandek tagħmel jekk tiltaqa’ ma’ kittens waħedhom?
🔸 Osserva minn bogħod – il-mamà tista’ tkun qrib.
🔸 Tmisshomx – ħalli r-riħa tagħhom tibqa’ biex il-mamà terġa’ lura.
🔸 Jekk ma tidhirx il-mama' wara 2-3 sigħat, ċempel għal għajnuna.
Trid tkun taf aktar? Ara l-clip u għidilna x’taħseb! 🎥👀
📺 VUĊI GĦALL-ANNIMALI
Stejjer ta’ Adozzjoni li Jmissu l-Qalb ❤️
🗓 Is-Sibt, 20:15 fuq NET
Iltaqgħu ma’ Betty – kelba li qattgħet ħajjitha fl-AAA Sanctuary u issa qed tgħix ħajja mimlija mħabba ma’ Marisa Jones, l-eroj tagħha. 🐾
Marisa għandha post speċjali f’qalbha għall-klieb u qtates anzjani. 💖
U int, x’taħseb dwar l-adozzjoni ta’ annimali anzjani? ✨
🐾 Illum fuq Nitfa Vuċi għall-Annimali 🐶🦠 Dr. Maryanne Sciberras qed titkellem dwar il-Parvo Virus – marda serja ħafna li taffettwa l-klieb, speċjalment il-puppies!
Taf kif tista’ tipproteġi lill-kelb tiegħek minn din il-marda perikoluża? Ara l-clip biex titgħallem aktar! 🎥👀
Sibtha interessanti din il-parti? Ikkummenta hawn taħt u għarrafna x’taħseb! 👇💬
Nitfa Vuċi għall-Annimali – Korrimenti minn Strimmers 🦔
Angelique Lofaro qed tispjega dwar il-periklu li jiffaċċjaw il-qanfud minħabba l-użu ta’ strimmers, kemm f’propjetajiet privati kif ukoll f’żoni pubbliċi. Dan l-apparat, li jaqta’ l-ħaxix b’xafra mekkanizzata li ddur b’veloċità għolja, jista’ jweġġa’ serjament dawn l-annimali vulnerabbli.
Il-qanfud normalment jorqod matul il-jum f’żoni mimlija ħdura, speċjalment qrib ħitan fejn iħossu moħbi u sigur. Sfortunatament, ħafna drabi jaslu rapporti ta’ qanfud li jkunu mweġġa’ severament mill-strimmers.
❗ X’jiġri lill-qanfud f’dawn il-każijiet?
🔹 Jekk il-ferita tkun ġdida u nadifa, jista’ jkun possibbli li tiġi evitata infezzjoni b’antibijotiċi u tingħata ċ-ċans tfiq.
🔹 Jekk il-ferita tkun ilha ġranet, ħafna drabi nsibu li diġà hemm bajd tad-dubbien fil-ferita jew infezzjoni li tagħmilha diffiċli ħafna biex isalva.
🔹 F’każijiet iktar severi, il-qanfud jista’ jmut minħabba l-korrimenti, u meta jkun f’uġigħ kbir mingħajr tama li jirkupra, l-option l-aktar umana hija l-ewtanasja.
🚨 Appell lill-pubbliku:
Jekk jogħġobkom, użaw strimmers b’attenzjoni kbira, speċjalment ħdejn il-ħitan u taħt is-siġar fejn il-qanfud jorqod.
✅ Qabel tuża strimmer qrib ħitan u arbuxelli:
✔ Agħtu ħarsa malajr biex tivverifikaw li m’hemmx qniefed.
✔ Użaw imqass tal-idejn minflok strimmers f’dawn iż-żoni.
Jekk waqt ix-xogħol tagħkom issibu qanfud midrub, ċemplu immedjatament fuq 🆘 99999505. Aktar ma jibda l-kura malajr, iktar ikollu ċans li jsalva.
Wildlife Rescue Team Malta
MT Filmat ġie ppubblikat fejn juri l-ispazju li l-iljuni u l-pantera fin-Naxxar qed jgħixu – spazju limitat b'nuqqas ta' spazju adekwat.
Għadda iżjed minn xahar u għadhom f’dak l-istess post. Għaliex il-gvern qed jikaxkar saqajh milli jieħu azzjoni meta l-liġijiet jagħtuh il-poter biex jintervjeni?
Il-pressjoni minna u minn organizzazzjonijiet oħra għadha għaddejja u mhux ser nieqfu sakemm tingħata ġustizzja lil dawn l-annimali. Jistħoqqilhom ferm aħjar.
GB A video has been published showing the space in which the lions and the panther in Naxxar are living – limited space with inadequate room to roam.
More than a month has passed, and they are still in the same place. Why is the government dragging its feet in taking action when the laws grant them the power to intervene?
The pressure from us and other organizations is ongoing, and we will not stop until justice is served for these animals. They deserve much better.
Lovin Malta NET Television Newsbook Malta TVMnews MaltaToday @the maltese herald Times of Malta Malta Daily Vibe FM @followers ONE.com.mt Moira Delia Althea Galea
Vuċi għall-Annimali - 18:30 fuq NET ❤
Illum se nitkellmu dwar il-leġiżlazzjoni dwar iż-żoos ma’ Katya Borg, attivista li temmen li l-annimali m’għandhomx jgħixu fil-magħluq, speċjalment id-dniefel, li għalihom tiġġieled bi ħġarha.
Wara jkollna magħna lil Mikah Coleiro, attivista żagħżugħa li għandha mħabba speċjali lejn l-annimali kollha, mhux biss il-klieb u l-qtates, u temmen li l-annimali kollha għandhom ikollhom l-istess drittijiet.
🐾 Illum fuq Nitfa Vuċi għall-Annimali 💔 Darryl qed jghidilna kemm jinqatlu annimali, iżda hemm ħafna li nistgħu nagħmlu biex nagħmlu differenza!
Tixtieq tagħmel differenza?
Ibda b’kompassjoni għal kull annimal u għażel ikel li ma jiġix mill-annimali. 🐮🐷🐥
U mhux biss — tgħin biex tara li l-annimali jiġu trattati bl-aktar mod rispettuz, għamel ukoll għażliet li jħarsu l-ambjent u l-ħajja tal-annimali kollha. 🌍💚
Kif tista’ tgħin:
🔸 Agħżel ikel veġetarjan jew vegan.
🔸 Appoġġja ferm l-azzjoni u l-organizzazzjonijiet li jippermettu ħajja aktar sana u rispettata għal kull annimal.
Meta nagħmlu l-għażliet tagħna bi mħabba, nagħmlu differenza kbira. Innaqqsu l-vjolenza kontra l-annimali u nistgħu ngħinu biex nħarsu u nippreservaw il-ħajja tagħhom! 💚
🐾 Illum fuq Nitfa Vuċi għall-Annimali 🐶💚 Joanna Mallia qed tispjegalna x'inhu l-fostering u kif tista' inti tgħin biex issalva ħajja!
Il-fostering huwa proċess fejn tieħu ħsieb annimal temporanjament sakemm isib dar permanenti. 🏠💖 Il-puppies, il-kittens, u annimali oħra li jkollhom bżonn għajnuna għandhom ikunu f'ambjent sigur u mimli mħabba biex jagħmlu l-pass lejn id-dar ideali tagħhom.
Kif tista’ tgħin?
🔸 Offri dar temporanja lil annimal li għandu bżonn.
🔸 Ħu ħsieb tagħhom sakemm jsibu d-dar perfetta.
🔸 Ħalli l-annimali jħossuhom protetti, komdi, u imħabba.
Għandek interess li tkun fosterer?
Ikkummenta hawn taħt jew ċemplilna! 🐾💬
🐾 Illum fuq Nitfa Vuċi għall-Annimali 🐱💚 Dr. Maryanne Sciberras se tkun qed tispjega problemi diġestivi fil-qtates!
Il-qtates jistgħu jsofru minn diversi problemi diġestivi, bħal:
🔸 Dijarea 🚽
🔸 Rimettar jew nuqqas ta’ aptit 🤢
🔸 Problemi fil-fwied jew fl-imsaren
Jekk tinnota sinjali ta’ problemi diġestivi fil-qattus tiegħek, l-aħjar li tfittex l-għajnuna ta’ veterinarju. ❗🐾
Għandek xi mistoqsijiet? Ikkummenta hawn taħt! 👇💬
📺 VUĊI GĦALL-ANNIMALI
Stejjer ta’ Adozzjoni li Jmissu l-Qalb ❤️
🗓 Is-Sibt, 20:15
Iltaqgħu ma’ Lily, Lexy u Butch, flimkien mal-mama tagħhom Claire. 🐾
Segwu l-istorja tagħhom u kif l-adozzjoni tathom ċans għal futur aħjar. 🌟
🐾 Illum fuq Nitfa Vuċi għall-Annimali 🦔💚
Angelique minn Nature Trust qed tkellimna dwar il-qniefed!
Meta jkollhom bżonn l-għajnuna l-hoglets?
🆘 Jekk ommhom tisparixxi għal ċertu żmien, jibdew isejħuha. Jekk tisma’ s-sejħa u ssib l-hoglets wara li ssegwi l-ħoss, ċemplilna fuq 99999505 – speċjalment jekk hemm hoglet waħdu jew jekk jinsabu ħdejn ommhom midruba jew mejta.
🦔 Jekk iħossuhom mhedda, jistgħu jibdew isejħu wkoll. Jekk issib hoglets waħedhom u jibdew isejħu wara li ssibhom, il-mamà tista' tkun fil-qrib. Ibqa' 'l bogħod u osserva għal 20-30 minuta. Jekk ma tidhirx, ċemplilna fuq 99999505.
Wara li ċċemplilna:
✅ Agħtihom sħana (flixkun bl-ilma sħun imgeżwer f’xugaman jew heat mat).
❌ Tatgħux ħalib tal-baqra – il-qniefed huma lactose intolerant, u jista' joqtolhom.
📌 Tużawx idejkom direttament – dan huwa għall-protezzjoni tiegħek u tagħhom.
Inħarsu u ngħinu l-annimali slavaġ tagħna! 💚🦔
Illum fuq Nitfa Vuċi għall-Annimali, Jessica Spiteri qed tispjega kif għandna nieħdu ħsieb snien u ħalq il-pets tagħna! 🐶🐱🦷
Għandek mistoqsijiet dwar kif iżżomm is-snien tal-annimali tiegħek b’saħħithom?
Ikkummenta hawn taħt! 👇💬