05/10/2024
Kelli diversi talbiet ghal aktar info fuq it tadam ral qasab u kif jinzabar. Nisoera li issibu din il kitba utli.
Tadam tal Qasab. (Indeterminat ) (Indetermined Tomato)
Mela tkellimna dwar it-tifsil u armar tal qasab li jkolkhom bżonn biex jintrifed u jintrabat ix-xitel tat tadam u ghedna wkoll li min irid juża xi materjal ieħor, Eż , vireg tal ħadid , alumunjum, injam jew plastik jista wkoll , irrelevanti x'inhu il materjal , nużaw il qasab ghax komuni u irħis jew b'xejn u tghamel pjaċir l-ambjent jekk tnaqqas. Tkellimna dwar it-tkabbir tax xitel u li jrid li spazju ħalli jgawdi id-dawl tax xemx u jaghmel aktar u jsajjar aktar malajr u wara dab kollu u kollx imur sew suppost li ix-xitel tat tadam qabad tiela l-fuq , qabad jikber ġmielu.
Niġu ghal l-aħħar fażi.
Din il varjeta ta tadam hija li titwal , ma taghmilx sens li tħalluha tixxeblek ma l-art u b'hekk indunaw li l-aħjar mod huwa li jintrabat hu hu jikber , imma kien hemm problem oħra !
Meta ix-xitle ikun indukrat tajjeb u jkun komdu " Jifolla " Fil weraq u frieghi ġodda, aktar ma tieħu ħsiebu aktar joħroġ weraq u zkuk ġodda !! Ħaġa lewn id-dinja hux !?La paxxuta hekk ghanda tkun imma ħafna minn dak il weraq u zkuk huma bla bżonn u aktar qedin jaghmlu ħsara milli ġid .
Tellajtilkhom Illustruzjoni ta xitla tat tadam tal qasba li hija sempliċi ħafna biex tifmuha u ntikhom parir terfawha fuq il mobile jew kompjuter b'hekk qatt ma titfixklu kif tiżbru ix-xitel taghkhom.
Kif taraw hemm iz-zokk il prinċipali u dak QATT ma ghandu jintmess ħlief biex jintrabat mas sapport .
Iż-żbir ser nipprova inkun sempliċi ħafna ghalkemm ir-ritratt kważi jitkellem waħdu.
Iz-zokk il prim huwa is-sinsla tax xitla u dak jikber il fuq , kull tant tul jintrabat kif ghedna u min dak iz-zokk joħorġu il weraq ġodda , Bejn il werqa u iz-zokk il prim hija l-ghaksa (Axil ) Min hemm joħorġu frieghi ġodda li mhux bil fors ma jghatux frott imma hemm persentaġġ gholi ħafna li li ma jghatux , allura biex xi darba jkun hemm zokk tal frott minn mija naqbdu bil lant u kull fergha li toħroġ mill ghaksa( Axil) naqtawha barra dik hija "Sucker " bl-inglis u bil malti fergha li terda ghalxejn " Tnaqqas minn nutrijenti li jitilghu il fuq ghat tkabbir tax xitla u tkedd il frott. Fejn taraw li hemm xi weraq jisfar aqtawħ u jekk hemm b***a weraq fejn hemm l-ghanqud tat tadam naqsu ftit minnhu imma mhux kollu ħalli jidħol ftit dawl. Saqqu imqar darbtejn jew tlett darbiet fil ġimgha tajjeb ilma tajjeb ukoll .
Hija xi ħaġa sempliċi biex taghmel u m'hemmx xi gherf ta xi Xjentist involut . Kull ma tridu huwa li toqghodu attenti u taqtawx bl-amment , hawn ir-ritratt u erfawħ.
Morru ordnaw ix-xitel u taqtawx qalbkhom l-aħwa !!
Saħħa w grazzi tal interess !