05/11/2025
Chance 💙
Tlett ijiem oħra u talaq xahar magħna, xahar ta’ mħabba pura ❤️
Id-differenza hija kbira. Ovvjament, il-kelb jidher li kien qed ibati l-ġuħ. Ma għamilt xejn speċjali ma’ dan l-anġlu , tajtu jiekol kif nieklu kuljum aħna. Żgur, mhux forsi li din mhix xi ħaġa kbira biex wiehed jagħmel.
Inħobbu daqs li kieku huwa wieħed min tiegħi, urejtu li mingħandi mħabba biss kien ser jieħu. Beda jafdani, urini li kellu mħabba kbira x’joffri. Beda jferfer denbu, beda jagħraf leħni, beda jurini biex jitla’ ħdejja fuq is-sufan. Ovvjament, lanqas saħħa ma kellu biex jitla’, għax hekk ġabu s-sid li kellu. Trid tkun kattiv biex tasal tagħmel dan l-att tant krudili.
Ma najd'x issa nistenna mill-qorti biex nara kif se tinqata’, għax mhux ser tieħu kemm nixtieq jien żgur. Imma ngħid, KARMA tilħaqek ma ddumx!!!
Tibżgħux tirrapportaw! Tħallux l-annimali li huma bla vuċi jbatu! Tkunux parti mill-problema! Żgur u mhux forsi li kieku kulħadd jiġbed ħabel wieħed, ma jkollniex dan l-abbuż kollu f’pajjiż daqshekk żgħir.